Raġel ta’ 37 sena mistenni jitressaq il-Qorti, aktar tard illum għall-ħabta tal-12:15 p.m., b’akkużi relatati ma’ serq minn tlett iħwienet f’Birkirkara f’okkażjonijiet separati.
L-ewwel serqa seħħet fil-15 ta’ Frar minn ħanut fi Triq tal-Ħerba, it-tieni waħda seħħet jumejn ilu minn ħanut fi Triq Ġużè Orlando filwaqt li fl-iktar waħda riċenti, dik tal-bieraħ, seħħet minn ħanut fi Triq Santa Liena. Fit-tliet okkażjonijiet r-raġel allegatament daħħal mgħammad u armat b’sikkina u ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
L-akkużat ġie arrestat ilbieraħ filgħodu minn residenza fil-Ħamrun.
Il-każ se jinstema’ quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella.