Thursday, December 26, 2024

Mistennija 14,000 turist għall-Glitch Festival

Aqra wkoll

Xejn inqas minn 14,000 turist mistennija jattendu għas-seba’ edizzjoni ta’ Glitch Festival f’Malta. Hu kkalkulat li dawn bejniethom mistennija jħallu €15-il miljun fl-ekonomija ta’ Malta. 

Il-Ministru għat-Turizmu Clayton Bartolo fil-Foss tal-Belt, f’konferenza stampa li saret proprju fil-post fejn fih se jsir il-ftuħ ta’ dan l-avveniment, ħabbar dettalji dwar dan il-festival.

Intqal li għall-Festival se jattendu turisti minn 70 destinazzjoni differenti minn madwar id-dinja. B’din is-sena se jara rekord ta’ dawk li ġejjin mill-kontinent Awstraljan li jammontaw għal aktar minn elfejn turist.  

Il-Ministru tenna li dan il-festival qed isir fl-aqwa ġimgħa tat-turiżmu għal pajjiżna, fejn kemm il-prezzijiet tat-titjiriet kif ukoll l-akkomodazzjonijiet ikunu ogħla mis-soltu.  

Semma’ li filwaqt li hemm ħidma sabiex pajjiżna jkompli jattira turiżmu ta’ kwalità, l-ekonomija Maltija din is-sena se ddaħħal 3 biljun ewro mill-qasam turistiku.

Ekonomija

Sport