Tuesday, April 16, 2024

Mistennija li jinħarġu aktar akkużi kontra s-sewwieq li baqa’ dieħel f’parata f’Wisconsin

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-sewwieq li l-Ħadd baqa’ dieħel f’parata tal-Milied f’Wisconsin, tressaq il-Qorti akkużat b’ħames akkużi relatati ma’ omiċidju intenzjonat, bil-Prosekuturi jgħidu li mistennija jiġu ppreżentati aktar akkużi fil-konfront tiegħu. 

Dan hekk kif fl-aħħar sigħat tifel ieħor li nzerta kien fuq il-post ukoll tilef ħajtu kawża tal-inċident. It-tifel ġie identifikat li huwa Jackson Sparks li kellu tmien snin, li safa milqut mill-vettura u flimkien miegħu kien hemm ħuh Tucker ta’ 12-il sena. 

Fil-ħin tal-inċident, Jackson kien miexi flimkien mat-tim tal-basketball tiegħu. Il-paġna GoFundMe qalet li Jackson għadda minn operazzjoni fil-moħħ l-Ħadd li għadda u kellu bżonn “miraklu” biex seta’ jsalva.

Huwa mistenni li ħuh jirkupra mill-feriti li sofra f’rasu. Tucker kien fost 62 persuna midruba, li 18 minnhom kienu tfal. Diversi vittmi għadhom taħt kura kritika fl-Isptar.

Meta fil-jum tat-Tlieta Darrell Brooks tressaq quddiem l-Imħallef Kevin Costello, il-Pulizija qalet li l-akkużat beda jsuq bla kontroll u bla direzzjoni biex jolqot kemm jista’ jkun nies fil-parata ta’ Waukesha.

Il-libertà proviżorja kienet stabbilita għal $5 miljuni, bl-Imħallef Costello jgħid li dan l-ammont kien dovut għall-passat kriminali “straordinarju” tas-suspettat. “Qatt ma rajt xi ħaġa bħal din fil-karriera twila tiegħi,” qal l-Imħallef Costello.

Il-vittmi l-oħra ġew imsemmija bħala Virgina Sorenson ta’ 79 sena, LeAnna Owen ta’ 71 sena, Jane Kulich ta’ 52 sena, Wilhem Hospel ta’ 81 sena u Tamara Durand ta’ 52 sena. Esperti mediċi kkonkludew li dawn mietu minħabba diversi ġrieħi kaġun ta’ impatt qawwi.

Skont l-ilment li ġie ppreżentat it-Tlieta, intqal li Brooks injora lill-uffiċjali li qalulu biex jibdel ir-rotta tiegħu qabel ma baqa’ dieħel bil-vettura tiegħu fil-folla. Uffiċjal qal li s-sewwieq kien bħal donnu “mingħajr emozzjoni fuq wiċċu.” 

Ekonomija

Sport