Mixli bi traffikar ta’ droga u ħasil ta’ flus

Aqra wkoll

Serb ta’ 30 sena residenti l-Gżira baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli bi traffikar ta’ droga u ħasil ta’ flus.

Lazar Manojlovic ġie arrestat huwa u ħiereġ mill-appartament tiegħu fil-Gżira fejn instabu fuqu żewġ mobiles. Waqt tfittxija li saret fl-appartament instabu wkoll boroż u miżien. 

Fil-Qorti ħareġ ukoll kif il-Pulizija kienet elevat materjal mill-WhatsApp tal-imputat li jindika li kien qed jikkomunika ma’ xi nies dwar allegat bejgħ ta’ droga. 

L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi iżda baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li kellu t-talba għall-ħelsien mill-arrest miċħuda mill-Qorti. Inħarġet ukoll ordni tal-iffriżar tal-assi tiegħu. 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Ylenia Marie Abela mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Jonathan Pace. L-imputat kellu jiddefendih lill-Avukat Christian Micallef.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport