Monday, May 13, 2024

Mixli li pprova jisraq karozza meta kien fis-sakra

Aqra wkoll

Libjan ta’ 35 sena nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti fejn kien akkużat li pprova jisraq minn karozza waqt li kien fis-sakra.

Ans Algheziwi ġie mixli li nhar il-Ħadd li għadda filgħaxija fl-Imsida ipprova jwettaq serqa, li insulenta persuna u li kien fis-sakra f’post pubbliku.

Min-naħa tiegħu l-Ispettur Shamus Woods li mexxa l-Prosekuzzjoni akkuża lil Ans li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja u li sar reċidiv. 

L-Avukat Leontine Calleja, li dehret għall-imputat, għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu iżda li din sabet oġġezzjoni mill-prosekuzzjoni.

Wara li semgħet il-partijiet, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ċaħdet it-talba għal ħelsien mill-arrest minħabba l-fatt li fadal diversi xhieda pajżana li għad iridu jixhdu.

Sport