Friday, April 19, 2024

Moody’s jikkonfermaw ir-rating A2 ta’ pajjiżna

Aqra wkoll

L-aġenzija internazzjonali Moody’s ikkonfermat ir-rating A2 ta’ pajjiżna. Dan huwa l-istess livell ta’ rating miksub f’Lulju 2019, qabel feġġet il-pandemija, u jibqa’ l-aqwa rating miksub minn pajjiżna minn Settembru 2011.

Fi stqarrija maħruġa mill-Gveren Malti intqal li l-esperti tal-Moody’s innutaw li ż-żieda fid-dejn nazzjonali minħabba l-għajnuna qawwija li qed jagħti l-Gvern lin-negozji u lill-ħaddiema hija “mitigated by the government’s strong affordability metrics”, li jfisser li xorta waħda hu sostennibli. Id-deċizjoni ta’ Moody’s “reflects the relative resilience of the non-tourism-oriented parts of the Maltese economy, the resilience of the banking system to the pandemic shock as well as the government’s efforts to tackle some of Malta’s longstanding institutional challenges”.

L-esperti internazzjonali jemmnu li, wara l-impatt inizjali tal-pandemija, l-ekonomija Maltija reġgħet bdiet tikber din is-sena b’rata ta’ 3.5%. Dan minkejja li l-andament fis-settur tat-turiżmu għadu mhux sostnut, anke minħabba d-deċizjoni li jkunu biss dawk vaċċinati li jistgħu jiġu Malta. Jeżisti wkoll l-effett tal-fatt li, kontra ta’ dak li qed iseħħ f’pajjiżna, il-maggoranza tal-pajjiżi ġirien għadhom m’għamlux ħafna progress fil-programm ta’ vaċċinazzjoni.

Dwar id-deċizjoni tal-FATF, ir-rapport tal-Moody’s jinnota l-importanza li pajjiżna jibni track record ta’ effettività tar-riformi kbar li seħħew fl-aħħar xhur. L-esperti barraninin jindikaw kif “both FATF and the Council of Europe’s anti-money laundering Moneyval have recognized the progress made to date in strengthening the supervisory framework in Malta”. Iżidu li issa huwa importanti li dawn ir-riformi jingħataw spinta oħra b’aktar infurzar.

Il-Gvern qal li b’kuntrast ma’ dak li ssostni l-Oppożizzjoni, skont il-Moody’s, pajjiżna għandu profil b’saħħtu ħafna ta’ governanza: “a very strong governance profile”. Fil-fatt, ir-rapport isostni li “on the whole, the country benefits from a strong institutional environment”. Dan filwaqt li jingħad b’mod ċar li d-deċizjoni li pajjiżna jkollu rating ta’ A2 “also reflects the efforts undertaken by the Maltese government since 2020 to tackle some of the country’s institutional shortcomings”.

Il-Gvern itenni d-determinazzjoni li jkompli jsaħħaħ l-governanza tajba u li jwettaq l-action plan maqbul mal-FATF. Kif indikat anke fid-diskuzzjoni mal-IMF, il-Gvern huwa impenjat ukoll li jaħdem għal titjib fil-qagħda tal-finanzi tiegħu issa li l-qagħda ekonomika qed terġa’ tirkupra. Diġà d-dħul tal-Gvern qed jerġa’ lura fil-livelli ta’ qabel il-pandemija, u anke permezz ta’ fondi Ewropej, fiż-żmien li ġej ser ikun hemm tisħiħ tal-finanzi pubbliċi. Dan wara li l-politika fiskali tal-Gvern wasslet biex pajjiżna għandu l-anqas numru ta’ nies jirreġistraw fl-istorja.

Il-konferma tar-rating minn Moody’s issegwi d-deċiżjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Fitch u DBRS li wkoll ikkonfermaw ir-rating b’saħħtu ta’ Malta.

Sport