Is-sewwieq Taljan Marco Bezzecchi (Aprilia) rebaħ il-Grand Prix tal-Indoneżja tal-MotoGP wara taqtiegħa eċċitanti ma’ Raul Fernandez, u kiseb l-ewwel rebħa tiegħu f’aktar minn erba’ xhur. Aprilia ddominaw it-tiġrija, hekk kif l-ewwel erba’ postijiet intrebħu minn sewwieqa tagħhom.
Bezzecchi rreġistra ħin ta’ 40 minuta u 46.582 sekondi … biex għadda lil Fernandez fid-19-il dawra minn 27 u temm b’vantaġġ ta’ 4.2 sekondi.
L-Ispanjol, Jorge Martin, temm fit-tielet post u reġa’ tela’ fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat. Iċ-champion renjanti Marc Marquez (Ducati) spiċċa fis-sitt post.
Ir-riżultat kien reazzjoni mill-aqwa għal Aprilia wara inċident drammatiku fli Sprint Race, li fih Bezzecchi u Fernandez ħabtu ma’ xulxin b’Fernandez isofri ksur fis-saba’.
Il-klassifika (ta’ fuq) hija: 335 – Jorge Martin; 353 – Marc Marquez; 309 – Marco Bezzecchi; 259 – Ai Ogura





