Wednesday, April 24, 2024

Multa sa €300 għal min jinqabad juża l-mobile waqt is-sewqan

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-multa għal min jinqabad juża l-mobile phone waqt is-sewqan se titla’ minn €100 għal €200 filwaqt li l-punti massimi minn sitta se jiilgħu għal disgħa. Dan japplika għal sewwieqa ta’ karozzi privati, vannijiet żgħar jew muturi.

Għal sewwieqa ta’ vannijiet kbar u trakkijiet, jew vetturi li jintużaw għall-ġarr ta’ passiġġieri, din il-multa minn €100 se titla’ għal €300. Il-punti se jitilgħu minn sitta għal disgħa.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha ġie mħabbar reviżjoni fil-multi dwar kontravenzjonijiet tat-traffiku. Fost tibdil ieħor propost hemm li l-multa għal min jibqa’ għaddej meta s-sinjal ikun aħmar titla’ minn €100 għal €200. Il-multa għal min jidħol minn one way se tiżdied minn €46.59 għal €75.

Sewqan eċċessiv b’ikar minn 15-il kilometru fis-siegħa fuq il-limitu, il-multa minn €69.88 se titla’ għal €100. Jekk vettura tkun mgħobbija żżejjed jew b’mod li jiġi kkawżat twaqqigħ minnha, minn €46.59, il-multa titla’ sa massimu ta’ €500.
Jekk tuża vettura mhux bil-permess inkluż għall-ġarr tal-pasiġġieri minn €34.94, il-multa titla’ għal €200.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Sport