Diversi gazzetti Spanjoli ħarġu bl-aħbar li l-plejer ta’ talent Brażiljan Neymar Junior mistenni jitlaq lil Al Hilal bix-xewqa tiegħu tkun dik li jirritorna ma’ Barcelona.
Neymar lagħab biss ħames partiti fl-istaġun li għadda mt-tim mill-Arabja Sawdija minħabba injury li sofra u li ħallietu barra għal madwar għaxar xhur.
L-istess ġurnali qed jgħidu li l-ħajja fl-Arabja Sawdija ma tantx għoġbot lil Neymar u ritorn lejn Barcelona kapaċi tqajjem il-karriera tiegħu li donnha ma kellhiex daqshekk progress.