Sunday, December 22, 2024

“Ngħaqqdu l-Passjoni u l-Ħila”- It-tieni edizzjoni tal-Urban Sports Festival

Weekend ippakjat b'attivitajiet sportivi

Aqra wkoll

Se jittella it-tieni edizzjoni tal-Urban Sports Festival bl-isem ta’ “Ngħaqqdu il-Passjoni u l-Ħila”, festival ta’ tlett ijiem se jikkonsisti f’kompetizzjonijiet, wirjiet sportivi, tryouts , mużika, divertiment u logħob u atmosfera ġenerali favur il-familja.

Il-festival se jkun iffukat prinċipalment fuq BMX, Skateboarding, 3×3 Basketball, Scooter, Parkour u Street dance, b’kompetizzjonijiet u try outs disponibbli għal kulħadd. 

Il-Festival tal-Isport Urban huwa aktar minn sempliċiment talent estrem, iżda huwa ċelebrazzjoni ta’ għaqda u ferħ bejn dawk kollha lijkun hemmpreżenti u li jipparteċipaw. Il-kompetizzjonijiet huma imfassla biex wieħed ikun ta’ inspirazzjoni għalieħor u għalhekk il-festival se jrawwem il-passjoni u l-ħila ta’ kull parteċipant.  

Dan billi jrawwem konnessjonijiet fi ħdan il-komunità tal-isport tat-triq u jipprovdi pjattaforma għaż-żgħażagħ, il-festival għandu rwol ċentrali fl-avvanz tal-vjaġġ tagħhom lejn l-eċċellenza.

L-edizzjoni inawgurali tas-sena li għaddiet ħalliet lil diversi organizzaturi ispirati. Dan hekk kif aktar minn 160 parteċipant wrew il-ħila tagħhom f’diversi attivitajiet. Ir-rispons enormi ssolidifikat il-post tal-festival. Bit-tieni edizzjoni ta’ din is-sena, qed ikomplu jogħlew l-ishma.

Hekk kif tinżel ix-xemx, l-eċitament mistenni jkompli! Dawn se jibdew mil-lum il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru bil-lejl, fejn se jkun hemm attivitajiet relatati mal-Hip Hop. Imbagħad  is-Sibt bil-lejl, wieħed jista’ jista jisma diversi tipi ta’ mużika mid-9:00 p.m ‘il quddiem.

Il-kompetizzjonijiet kollha se jinkludu diversi kategoriji, biex jiżguraw li kulħadd jista’ jipparteċipa u jisfida lilu nnifsu fil-livell tiegħu. Il-ħlas tad-dħul fil-kompetizzjoni huwa ta’ €5 għal kull persuna, li se jkopri l-kompetizzjonijiet kollha li jsiru dakinhar.

Il-Festival Sportiv Urban huwa miftuħ għall-pubbliku, mingħajr ħlas. Wieħed għalhekk huwa mħeġġeġ li jġib lil sħabu, lil membri tal-familja u lid-dilettani tal-isport biex jaqsmu l-eċitament u jferrħu lill-kompetituri.

Ekonomija

Sport