Thursday, April 23, 2026

Nhar il-Ħadd li ġej issir il-Parata Annwali tal-iScouts u l-Guides 2026 

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd li ġej, it-toroq tal-Belt Valletta se jieħdu l-ħajja bil-kulur, kburija u tradizzjoni hekk kif l-Assoċjazzjonijiet tal-iScouts ta’ Malta u l-Girl Guides ta’ Malta se jerġgħu jingħaqdu għall-Parata Annwali tal-iScouts u l-Guides li tkun tant mistennija. Dan l-avveniment, li jiġbor flimkien membri miż-żewġ organizzazzjonijiet, huwa ċelebrazzjoni ħajja tal-għaqda, tal-ispirtu komunitarju u tal-valuri komuni li jkomplu jispiraw ġenerazzjonijiet ta’ żgħażagħ. 

Il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, se tirċievi s-salut minn mijiet ta’ membri li jirrappreżentaw kemm l-Assoċjazzjoni tal-iScouts kif ukoll dik tal-Guides, inklużi Beavers u Dolphins, Cubs u Brownies, Scouts u Guides, Ventures u Rangers, kif ukoll Rovers u Senior Rangers, akkumpanjati mil-Leaders tagħhom u l-mascots. Il-parteċipanti kollha se jimxu bl-uniformi mill-Fosos tal-Furjana, tul Triq ir-Repubblika quddiem il-Palazz tal-Gran Mastru fi Pjazza San Ġorġ, lejn Triq il-Merkanti. 

Il-parata ta’ din is-sena se tkun immexxija mid-Distretti ta’ Nofsinhar tal-Assoċjazzjonijiet, li se jipparteċipaw ukoll f’Quddiesa ta’ radd il-ħajr iċċelebrata mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Joseph Galea Curmi, fil-Knisja Parrokkjali tal-Furjana. Dawn se jiġu segwiti mill-kontinġenti tal-iScout Fellowship, kif ukoll mid-Distretti Ċentrali, ta’ Għawdex u Distretti tat-Tramuntana. Is-salut se jingħata lill-Eċċellenza Tagħha li se tkun fuq il-podju mqiegħed quddiem il-Palazz tal-Gran Mastru fi Pjazza San Ġorġ. 

Iż-żewġ Assoċjazzjonijiet jixtiequ jieħdu din l-opportunità biex jirringrazzjaw lil dawk kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment annwali. Ringrazzjament speċjali jmur lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, li jmorru lil hinn mid-dmirijiet tagħhom biex jissodisfaw il-bżonnijiet tagħna u jipprovdu l-loġistika u l-uffiċjali kollha meħtieġa, lill-Knisja Parrokkjali tal-Furjana, lill-Kunsilli Lokali tal-Furjana u tal-Belt Valletta għall-permessi relevanti, kif ukoll lil Transport Malta għad-devjazzjoni tas-servizzi tal-karozzi tal-linja biex jiffaċilitaw l-attività tagħna. 

Arranġamenti tat-Traffiku 

Triq Sarria se tingħalaq għat-traffiku mid-9:30 ta’ filgħodu, hekk kif il-gruppi tal-iScouts u tal-Guides jibdew jaslu l-Furjana biex jinġabru fuq il-Fosos bi preparazzjoni għall-ħruġ tal-parata fil-10:45 ta’ filgħodu. Il-parata se tipproċedi lejn salib it-toroq ħdejn il-Monument tal-Indipendenza, biex tgħaddi minn quddiem il-Phoenicia Hotel. Il-gruppi mbagħad jimxu madwar il-Funtana tat-Tritoni bħallikieku sejrin lejn il-Grawnd tal-Futbol tal-Belt Valletta. Wara l-parata ddur lejn il-lemin minn fuq ir-rampa bejn il-qsari biex tidħol minn Bieb il-Belt u tinżel Triq ir-Repubblika lejn il-Palazz Presidenzjali. L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono se tieħu s-salut mill-podju. Wara li jgħaddu minn Pjazza San Ġorġ, il-gruppi se jduru fuq il-lemin fi Triq l-Arċisqof u mbagħad jerġgħu jduru lejn il-lemin biex jitilgħu Triq il-Merkanti. It-tmiem tal-parata se jkun qed isir fil-viċinanzi tal-Berġa ta’ Kastilja u fil-Kavallier ta’ San Ġakbu. 2 of 3 

Ħarsa Ġenerali tal-Iskeda 

• 08:45 – Wasla tal-gruppi li se jattendu l-Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Furjana. Postijiet riservati għall-Membri Parlamentari, VIPs, il-Kunsill Nazzjonali tal-iScouts, il-Kunsill tal-Guides, il-Bord Nazzjonali, it-Trefoil Guild u l-iScout Fellowship. • 09:00 – Quddiesa ta’ radd il-ħajr iċċelebrata mill-Isqof u l-Kappillani Nazzjonali. • 09:30 – Tingħalaq it-triq: Triq Sarria. Wasla ta’ gruppi oħra tal-iSocuts u tal-Guides fuq il-Fosos. Il-gruppi jitqassmu skont iż-żoni allokati. • 10:45 – Tibda l-ħruġ tal-parata fl-ordni li ġej: Distrett tan-Nofsinhar, Scout Fellowship, Distretti Ċentrali, Għawdex u Distretti tat-Tramuntana. • 11:00 – L-Eċċellenza Tagħha tieħu postha fuq il-podju fi Pjazza San Ġorġ biex tirċievi s-salut. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport