Thursday, April 23, 2026

Waterpolo Nisa: Telfa kbira għal Malta kontra l-Kroazja

Aqra wkoll

Malta……………….11

Kroazja…………….22

Fit-tielet partita għal pajjiżna mit-Tazza tad-Dinja tal-Waterpolo tan-Nisa Div. 2, it-tim nazzjonali Malti baxxa rasu għall-qawwa tal-Kroazja hekk kif safa megħlub bl-iskor kbir ta’ 22-11.

B’hekk wara t-telfa kontra l-Brażil fl-ewwel partita, din kienet it-tieni telfa għall-Maltin, bl’pajjiżna jikseb rebħa kontra s-Slovakkja l-Erbgħa filgħaxija wara l-għoti tal-penalties.

L-aqwa skorer għall-Maltin kienet is-solita Martha Perici Ferrante li rreġistrat poker personali, b’Elena Borg u Francesca Paolella jirreġistraw doppjetta personali, bil-goals l-oħra għal pajjiżna jaslu minn Kendra Navarro, Ella Miceli u Marie Rose Tully.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport