Monday, June 8, 2026

‘Ninsab eċċitat ħafna li nilbes il-flokk ta’ Victoria Hotspurs, li nagħti l-aħjar tiegħi f’kull logħba, niskorja gowls u nirbaħ’- Claudio Murici

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi għall-futbol bdiet meta ħija talabni nagħmel test f’klabb jismu Murici FC, u kien dak il-ħin li nħabbejt mal-futbol.

Kif ġejt tilgħab f’Malta?

Kelli aġent jismu Victo, qalli li kellu proposta għalija, spiċċat għoġbitni, allura rajtha għalija.

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Victoria Hotspurs?

Ninsab eċitat ħafna li nilbes il-flokk ta’ Victoria Hotspurs, li nagħti l-aħjar tiegħi f’kull logħba, niskorja gowls u nipprovdi assists, u nirbaħ. L-aktar importanti huwa li nirbħu l-Kampjonat u niksbu l-promozzjoni għall-Malta Premier … dan huwa l-għan tiegħi ma’ Victoria Hotspurs.

X’tikkummenta fuq l-aħħar staġun tiegħek ma’ Tarxien Rainbows?

L-istaġun tiegħi ma’ Tarxien kien wieħed mill-aqwa li qatt kelli.

Xi tgħidli dwar dwar il-livell tal-futbol Malti?

Il-livell tal-futbol f’Malta huwa għoli ħafna għall-plejers barranin li rajt f’Malta li jixtiequ jilagħbu hawn Malta.

Kif qed tħares lejn il-futur aktar ‘il bogħod tiegħek fil-futbol?

Il-futur tiegħi hawn f’Malta huwa li niksbu affarijiet tajbin għall-familja tiegħi.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport