Minn Cristian Muscat
Mosta akkwistaw is-servizzi tal-attakkant ta’ 21 sena Nathan Cross b’self mingħand Birkirkara.
Prodott tal-Istripes, Cross, li huwa player internazzjonali ta’ taħt il-21 sena, għamel id-debutt tiegħu fil-Malta Premier League fl-istaġun 2021/22.
Intant, dan is-sit tkellem ma’ Nathan innifsu fejn tana iktar dettalji rigward kif qed iħares lejn din l-esperjenza ġdida tiegħu ma’ Mosta, kif ukoll rigward l-esperjenza kumplessiva tiegħu ma’ Birkirkara FC.
Fi kliemu:
“Ninsab eċitat ħafna rigward din l-isfida ġdida ma’ Mosta FC. Naraha bħala opportunitá tajba biex inkompli nikber bħala player, inġib iżjed esperjenza kif ukoll ngħin lit-tim jilħaq l-għan tiegħu. Qed inħares ‘il quddiem biex naħdem kemm niflaħ, nitgħallem mill-kowiċs kif ukoll mill-plauers, filwaqt li nagħti kollox fil pitch. Ovvjament, l-għan tiegħi hu li nibqa’ nitjieb kuljum u nagħti l-kontribut tiegħi kemm nista’ lit-tim.”
“Rigward Birkirkara FC, dan huwa klabb li jiena kbirt fih, kemm bħala player u anke bħala persuna. Ovvjament dejjem ħa nibqa’ nappreza l-opportunitajiet li dejjem tawni, imma issa niffoka li nieħu dak kollu li nista’ mill-esperjenza ta’ self tiegħi ma’ Mosta FC.”


