Wednesday, April 24, 2024

Nirien viċin Chernobyl iqajmu biżgħat ta’ kontaminazzjoni mir-radjazzjoni

Aqra wkoll

Il-livelli ta’ radjazzjoni viċin is-sit tar-reatturi nukleari ta’ Chernobyl żdiedu hekk kif ħaddiema tat-tifi tan-nar qed jaħdmu biex kemm jista’ jkun possibbli itaffu nirien fil-foresti li jinsabu fiż-żona.

Sa ġimgħa ilu dawn in-nirien kienu jkopru madwar 50 tomna iżda l-ammont żdied għal 87 tommna minħabba li kien hemm riħ qawwi. In-nirien issa ilhom diversi jiem għaddejjin u dawn bdew minn ħdejn il-villaġġ ta’ Vladimirovka, fiż-żona ta’ esklużjoni ta’ Chernobyl li mhux abitata, u l-pumpieri kienu għadhom qed jiġġieldu man-nirien sat-Tnejn filgħodu, qalu is-servizzi ta’ emerġenza Ukrajni.

Ftit tal-jiem ilu l-Kap tas-servizz ta’ spezzjoni ekoloġija tal-Ukrajna, Egor Firsov, qal li hemm aħbar ħażina, dik li fiċ-ċentru fejn hemm in-nirien, ir-radjazzjoni hija ‘l fuq min-normal hekk kif l-apparat użat kien qed jaqra livelli ta’ 2.3 meta n-norma hija ta’ 0.14. Hemm biżgħat li r-radjazzjoni tista’ tilħaq l-eqreb belt ta’ Kyiv, il-kapitali tal-Ukraina u żoni oħra popolati. Dan jista’ jkun agħar jekk il-fjammi jilħqu r-reatturi ta’ Chernobyl.

Għadd kbir ta’ pumpieri ilhom jaħdmu lejl u nhar biex jippruvaw kemm jista’ jkun itaffu dawn in-nirien filwaqt li l-pajjiż fl-istess waqt qiegħed jiġġieled ukoll kontra l-imxija tal-Covid.-19.

Sport