Tuesday, February 18, 2025

Nistennew riħ Forza 7

Aqra wkoll

Matul tmiem din il-ġimgħa se nkunu qegħdin nistennew riħ Forza 7. Hekk ħabbar is-sit l-Aġġornament tat-Temp imexxi mill-Għawdxi Gordon Grech.

Fil-fatt fuq is-sit Grech jikteb li llum it-temp mistenni li jkun ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna u jista’ jkun hemm xi ftit xita. Riħ forza 3 mill-Punent jitla’ għal forza 4 waranofsinhar. Imbgħad aktar ma jgħaddi l-ħin, ir-riħ idur Punent Majjistru u jitla’ forza 5.
Illum l-ogħla temperatura tkun 18°C u l-inqas 12°C.

Għada s-Sibt, it-temp jibda ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna waranofsinhar u bix-xita. Riħ mill-Punent forza 4 li jdur Punent il-Lbiċ mal-jum u jitla’ għal forza 5. Imbgħad ir-riħ idur lejn il-Punent Majjistru forza 5 u għal filgħaxija jitla’ forza 6 mill-Majjistral bil-possibilità ta’ buffuri forza 7. Għada l-ogħla temperatura tkun 17°C u l-inqas 12°C.

Il-Ħadd, il-ġurnata li ħafna familji jkunu qegħdin jistennew biex joħorġu mal-familja se jkollna riħ forza 7 mill-Majjistral li jnaqqas mal-jum għal forza 4 sa filgħaxija.

Hemm possibilità ta’ xita matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, iżda imbgħad l-Ħadd isir imsaħħab mal-jum. Illum l-ogħla temperatura tkun 18°C u l-inqas 12°C. Il-Ħadd l-ogħla temperatura tkun 16°C u l-inqas 11°C.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport