Tuesday, April 30, 2024

“Nitlef il-verġnità għal xi ħadd speċjali u mhux għal kulħadd”

- Soulayma l-bombshell il-ġdida ta’ Love Island Malta

Aqra wkoll

Soulayma, waħda mill-aħħar żewġ bombshells nisa li ngħaqdu għall-avventura l-ġdida tagħhom f’Love Island Malta, fl-ewwel intervent tagħha waqt il-programm qalet li ħafna nies jibqgħu ċċassati meta tgħidilhom li għandha 24 sena u għadha verġni.

Hi tgħid li kienet deċiżjoni tagħha li titlef il-verġnità għal xi ħadd speċjali u mhux taqbad u jkollha relazzjoni sesswali ma’ kulħadd.

Soulayma kienet qed titkellem ma’ Kyle, wieħed mill-ewwel għaxar parteċipanti tal-villa. Huwa weġibha b’dan il-kliem: “Għandek 100 punt għax diffiċli li ssib lil xi ħadd verġni”.

Il-bombshell il-ġdida tgħid li wara l-għażla tagħha li tibqa’ verġni hemm diversi raġunijiet. Tgħid li s’issa ma kinitx lesta li jkollha x’taqsam sesswalment ma’ xi ħadd… fosthom ukoll isemmi li ma tridx tkun ta’ ħafna nies u anke minħabba r-reliġjon.

Sport