Monday, December 23, 2024

Omm u binha mixlija li ħebbew għal uffiċjal tal-komunità

Aqra wkoll

Omm u binha ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li ġew mixlija li ħebbew għal uffiċjal tal-komunità f’San Pawl il-Baħar.

Charlo Spiteri ta’ 25 sena u ommu Helen ta’ 66 sena, it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar kienu mixlija li ħebbew għall-uffiċjal, heddewh, darbuh ħafif u li kisru l-paċi pubblika.

Il-każ seħħ nhar l-Erbgħa li għadda, għall-ħabta tal-10.45 a.m. fi Triq San Franġisk, x’ħin il-Pulizija kellha tintervjeni wara argument li nqala’ bejniethom, li wassal biex l-omm u l-bint jiġu arrestati.

Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, l-imputati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom u ngħataw il-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €4,500.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Ryan Vella. L-Avukat Lennox Vella deher għall-imputati. 

Ekonomija

Sport