Tuesday, May 14, 2024

Ordnat iħallas €3,250 f’żewġ okkażjonijiet separati dwar bejgħ ta’ karozzi

Aqra wkoll

Id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), skont l-Artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378), qiegħda toħroġ dan l-Avviż Pubbliku li bih qiegħda tidentifika u tgħarraf lill-pubbliku li l-kummercjant segwenti: Jason Zammit, ta’ madwar 48 sena, ma onorax żewġ deċiżjonijiet mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi.

Fl-ewwel każ, is-Sur Zammit ġie ordnat jirrifondi lill-konsumatur rikorrenti s-somma ta’ elfejn u ħames mitt ewro (€2,500) li tirrappreżenta l-prezz ta’ karozza mibjugħa lilu mill-istess rikorrent, liema somma qatt ma tħallset mill-intimat is-Sur Zammit.

Fit-tieni każ, is-Sur Zammit ġie ordnat iħallas lir-rikorrent konsumatur is-somma ta’ seba’ mija u ħamsin ewro (€750) rappreżentanti depożitu li ħallas għal karozza. Il-vettura kellha bżonn xi tiswijiet u baqgħet fil-pussess tas-Sur Zammit, iżda qatt ma ġiet ritornata lill-konsumatur.

Fiż-żewġ deċiżjonijiet, il-kummerċjant intimat ġie ordnat iħallas ukoll l-ispejjeż tat-Tribunal.

Sport