Saturday, December 21, 2024

Pajjiż ta’ Kwalità – it-tema tal-Budget 2025

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li t-tema għall-Budget 2025 hija Pajjiż ta’ Kwalità, li tirrifletti l-ħidma li se jwettaq il-Gvern biex imexxi lil pajjiżna għal-livell li jmiss. Għada fil-Parlament, il-Ministru għall-Finanzi se jippreżenta l-Budget għas-sena d-dieħla b’deċiżjonijiet favur il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin li mbagħad se jkomplu jiġu mħabbra matul il-ġimgħa kollha.

Kwalità fuq il-kwantità quddiem sfidi u prijoritajiet tan-nies fis-settur tax-xogħol, fil-mobbiltà fit-toroq tagħna, fis-saħħa mentali, fit-turiżmu u fl-iżvilupp. Oqsma li dwarhom il-Gvern se jħabbar u jibda jimplimenta pjan t’azzjoni bbażat fuq il-konsultazzjoni wiesgħa li saret fil-ġimgħat li għaddew.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-ekonomija li jmiss se tkun waħda bbażata fuq il-kwalità għax b’hekk se niggarantixxu li l-familji jgawdu l-aħjar f’pajjiż trankwill u sigur.

Ekonomija

Sport