Waqt li kien qiegħed jitkellem fl-udjenza ġenerali li ssir kull nhar ta’ Erbgħa, Papa Ljun XIV tkellem dwar il-ħtieġa li kull nisrani jmur il-quddies nhar ta’ Ħadd.
Wissa li tipparteċipa fl-Ewkaristija qatt ma tista’ tiġi mibdula b’mod li wieħed jisma’ l-quddiesa minn fuq it-televiżjoni jew il-midja soċjali.
“Inħeġġeġ lil kulħadd biex nhar ta’ Ħadd imur il-knisja jisma’ l-quddiesa. Anke dawk li jkunu xogħol u ma jkunux jistgħu jmorru, dawn għandhom ikollhom il-kundizzjonijiet tax-xogħol jippermettu li jħalluhom imorru għal quddiesa,” stqarr Papa Ljun XIV.




