Tuesday, April 30, 2024

Persuni arrestati b’rabta mal-attakk fuq il-pont li jgħaqqad lir-Russja mal-Krimea

Aqra wkoll

Ir-Russja qalet li arrestat tmien persuni b’rabta mal-isplużjoni tas-Sibt fuq pont ewlieni li jgħaqqad ir-Russja mal-Krimea.

Is-servizzi tas-Sigurtà tal-FSB qalu li ħamsa minn dawk arrestati huma Russi, filwaqt li l-oħrajn kienu mill-Ukrajna u mill-Armenja. Qalu wkoll li l-Kapitali Ukrena wara l-attakk iżda uffiċjal Ukren iddeskriva l-investigazzjoni tar-Russja bħala waħda li ma tagħmilx sens.

L-aħbar waslet hekk kif mill-inqas seba’ persuni ġew irrappurtati maqtula f’attakk fuq suq fil-Lvant tal-belt ta’ Avdiivka.

Il-kap militari reġjonali ta’ Donetsk Pavlo Kyrylenko qal li l-attakk seħħ fi żmien impenjattiv, u żied jgħid li mill-inqas tmienja oħra ndarbu.

Huwa ta parir lir-residenti kollha tar-reġjun, li huwa parzjalment okkupat mir-Russi, biex jevakwaw.

Sport