Monday, May 25, 2026

Persuni jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku

Aqra wkoll

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei. Dan wara li l-Ħadd weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 a.m., fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li mara ta’ 65 sena residenti Ħaż-Żebbuġ intlaqtet minn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti San Ġwann.

It-tieni inċident ġara għall-4:45 p.m., fi Triq Sant’ Andrija, Pembroke. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Yaris Cross misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Mosta u mutur Benelli misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Imsida.

Tim mediku ta’ l-assistenza fiż-żewġ inċidenti, fejn il-mara ta’ 65 sena u r-raġel ta’ 27 sena,

ttieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport