Monday, May 25, 2026

Raġel isofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena residenti r-Rabat sofra ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku li seħħ il-Ħadd għall-ħabta tas-6:30 p.m., fi Triq is-Salini, in-Naxxar. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-inċident seħħ bejn mutur Honda misjuq mir-raġel ta’ 31 sena u Volkswagen Jetta misjuqa min raġel ta’ 55 sena residenti s-Swieqi. 

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport