Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar, wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:30 p.m, kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq tal-Barrani fiż-Żejtun.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li xufier jew xufiera tal-karozza tilfet il-kontroll tal-vettura, tant li baqgħet dieħla ġo ħajt.
Sa issa l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa
Aktar dettalji malli jaslulna.