Friday, January 17, 2025

Premier League: Hibernians u Hamrun S. fl-aqwa partita

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Bejn illum u nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab it-tieni ġurnata tat-Tieni Fażi jew aħjar it-18-il ġurnata tal-Malta Premier Lea­gue.

Bla dubju, l-aktar partita li tispikka hija dik bejn Hibernians u Hamrun Spartans, żewġ timijiet li ddiżapuntaw fl-Ewwel Fażi, li iżda jridu jtemmu fl-ewwel żewġ positijiet ta’ din il-fażi biex jikkwalifikaw għas-semi-finali għar-rebħ tat-titlu.

Floriana, li rebħu l-Ew­wel Fażi, jibdew favoriti li jiksbu t-tliet punti kontra Melita filwaqt li Birkirkara għandhom partita delikata kontra Gzira United.

Sliema Wanderers, li ġejjin minn telfa kontra Zabbar St Patrick, jiffaċ­ċjaw lil Naxxar Lions filwaqt li l-istess Żabbarin ji­lagħbu kontra Marsa­xlokk.

Il-partita li tiftaħ dan il-programm hija dik bejn Balzan u Mosta li hija mif­tuħa għal kull riżultat. 

Hibernians v Hamrun S. – B’team trasformat għal kollox minn dak tal-Ewwel Fażi, Hamrun Spartans jiltaqgħu ma’ Hibernians, biż-żewġ timijiet għandhom joffru konfront mill-aktar interessanti.

Proprju fl-aħħar ħarġa tagħhom, l-Ispartans taw twissija lill-avversarji tagħ­hom hekk kif għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor kbir ta’ 6-1 minkejja li kienu dawn tal-aħħar li marru fil- vantaġġ.

Min-naħa tagħhom, Hibernians iridu jkunu fl-aqwa forma possibbli biex iwarrbu l-isfida tal-Ħamruniżi hekk kif kellhom jitħabtu biex għelbu lil Melita bl-iskor ta’ 3-2.

Filwaqt li l-Ispartans se jkunu bl-aqwa formazzjoni possibbli, Hibernians għandhom lil Kurt Shaw sospiż. Iżda huma jkunu msaħħa bir-ritorn minn sospensjoni taż-żewġ Bra­żiljani, Higor Gabriel Fernandes Alves u Miullen Natha Felicio Carvalho.

Fl-Ewwel Fażi, iż-żewġ timijiet irreġistraw rebħa kontra xulxin – Hibernians bl-iskor ta’ 2-0 u Hamrun bl-iskor ta’ 3-0.

Floriana v Melita – Flo­riana jiffaċċjaw lil Meli­ta u jibdew favoriti li jiksbu t-tliet punti iżda huma jridu juru rispett lejn l-avversarji minħabba li fl-aħħar partita huma għamlu l-ħajja tal-Pawlisti verament diffiċli.

Il-Furjaniżi ġejjin minn rebħa komda ta’ 4-0 fuq Naxxar Lions bi Franklin Sasere jiskorja doppjetta biex irreġistra l-10 goal staġjonali bil-flokk aħdar.

L-aħħar rebħa ta’ Melita fl-ogħla diviżjoni fuq Floriana tmur lura għall-4 ta’ Diċembru, 1946, bl-iskor ta’ 4-1.

Iż-żewġ timijiet għandhom player sospiż – il-goalkeeper Christoffer Mafoumbi għal Floriana u Jean Pierre Attard għal Me­lita … u player kull wieħed li jirritorna minn sospensjoni – Alexandros Kouro (Floriana) u Jesus Andres Yepez Morlets (Melita).

Fil-logħba preċedenti, iż-żewġ timiijiet spiċċaw fi draw ta’ 3-3. 

Birkirkara v Gzira U. – Birkirkara jinżlu b’moral għoli għal din il-logħba wara li għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 5-2.

Min-naħa ta’ Gzira Uni­ted, dawn iridu jinsew it-telfa ta’ 1-0 kontra Mosta  u jridu jagħrfu kif jirriorganizzaw hekk kif għandhom ostaklu diffiċli qud­­­­- diemhom                                                  .

Il-Karkariżi jittamaw li l-attakkant, Maxuell Maia, ikun fl-aqwa forma hekk kif fir-rebħa fuq Balzan skorja tliet goals, it-tieni hat-trick staġjonali tiegħu, biex s’issa huwa l-aħjar skorer tal-istaġun, bi 13-il goal.

Għall-Maroons, Thaylor Aldama u Marcelo Dias jir­ritornaw minn sospen­sjoni.

Fl-Ewwel Fażi, Birkirkara ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0.

Sliema W. v Naxxar L. – Sorpriżi minn Zabbar St Patrick bl-iskor ta’ 1-0, Sliema Wanderers jimmiraw li jirritornaw għar- rebħ meta jiltaqgħu kontra Naxxar Lions.

Min-naħa tagħhom il- Lions ilhom ma jegħlbu lill-Wanderers mit-13 ta’ Frar, 2016, bl-iskor ta’ 2-1.

U din tista’ tkun okkażjoni biex jirrepetu dak is-suċċess hekk kif il-Wanderers ma jistgħux jinkludu lit-tliet players, Gustavo Alcino, Simon Zibo u Murilo Henrique Freire Bernardo minħabba li jinsabu sospiżi … b’dan tal-aħħar jiskonta t-tielet waħda ma­­tul l-istaġun.

Fl-Ewwel Fażi, is-Slimi­żi għelbu lin-Naxxarin bl-iskor ta’ 3-0.

Marsaxlokk v Zabbar SP – Wara l-umiljazzjoni ta’ 6-1 kontra Hamrun Spartans, Marsaxlokk jiltaqgħu kontra Zabbar St Patrick li jinsabu f’forma brillanti hekk kif mill-aħħar ħames ħarġiet kisbu xejn inqas minn 13-il punt.

Huma se jkunu msaħħa bir-ritorn ta’ Brian Ariel Gambarte u Joao Pedro De Sa Mendonca minn sospensjoni filwaqt li Lucas Lopez Dessypris jirritorna għax-Xlukkajri.

Fiż-żewġ partiti ta’ bej­niethom, Marsaxlokk reb­ħu l-ewwel waħda 3-1 bl-oħra tispiċċa fi draw ta’ 2-2. 

Balzan v Mosta – Balzan, l-aktar team li ddiżappunta f’dan l-istaġun, jilagħbu kontra Mosta li ġejjin minn rebħa ta’ 1-0 fuq Gzira Uni­ted.

Dan huwa konfront mif­tuħ bir-rebħa tista’ tmur kull naħa u bl-iċken żball jista’ jkun detrimentali.

Il-Mostin ma jistgħux jinkludu lil Jake Vassallo li jinsab sospiż.

Fl-Ewwel Fażi, iż-żewġ timijiet temmew fi draw ta’ 2-2.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport