It-Triatleta internazzjonali Malti Keith Galea irreġistra prestazzjoni oħra mill-aqwa spiċċa fis- sitt post fis-Cyprus international Triathlon li saret f’Ayia Napa ġewwa Ċipru. It-tellieqa kienet fuq distanza medja li kienet tikkonsisti f’għawma ta’ 1.9km 90km bir-rota u nofs maratona ta’ 21km ġiri.
Il-ġranet qabel it-tellieqa kienu kkaratterizzati min maltemp u riħ. Fortunatament għall-atleti it-temp kien aħjar imma r-riħ qawwi affettwa sew lill-atleti matul it-tellieqa speċjalment fis-sezzjoni tar-rota.
Galea ħareġ mill-għawma fit-tielet post f’ħin ta’ 26.33. Fuq ir-rota ir-riħ affettwah sew hekk kif ma setax iżomm il-pass ma’ ta’ quddiem peressli statura żgħira tiegħu ma tgħinx f’riħ qawwi li jiġi mill-ġenb. Madankollu huwa żamm medja ta’ 37km/siegħa f’korsa bit-tlajja’ u f’dak ir-riħ.
Huwa daħal fit-transizzjoni fit-tmien post. Fil-ġirja kienet determinat li jirkupra u fil-fatt beda b’pass vera b’saħħtu u tela’ fis-sitt post. Sfortunatment, ħassu ma jiflaħx u żamm il-pass biex jispiċċa t-tellieqa. Huwa spiċċa t-tellieqa f’ħin ta’ erba’ sigħat u 21 minuta fis-sitt post u l- ħames fil-kategorija tiegħu.
Galea qal li jinsab ferm sodisfatt bil-prestazzzjoni tiegħu avolja l-ġimgħa tat-tellieqa kien ftit ma jiflaħx u naqra tensjoni minħabba t-titjiriet li bdew jiġu kkanċellati għal Larnaca. Wara t- tellieqa kellu bżonn assistenza medika għax kelli 101 deni. Li jagħmel prestazzjoni bħal din f’ kundizzjoni mhux ottimali u fost atleti professjonisti turi kemm it-taħriġ kien tajjeb. Ħasra għax jaħseb li seta’ jiġġieled għall-podju imma jinsab fiduċjuż għall-kumplament tal-istaġun.
Fil-fatt għaxart ijiem wara Ċipru, Galea ħa sehem fl-Agones Olympic Distance Triathlon fejn irreġistra l-ewwel rebħa tal-istaġun. Huwa kien il-ħin kollu fl-ewwel post sa mill bidu tat- tellieqa. It-temp reġa’ kien ikkaraterizzat bir-riħ u x-xita li ma għenx għall-prestazzjoni tajba bħala ħin. Galea rebaħ it-tellieqa f’ħin ta’ sagħtejn u tmien minuti.
Huwa xtaq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu Eurosport Malta Adistores Malta Bike it up Racing, TeamBarry, Team Fabio, Team Stazi, Shamrok Stars, it-terapista tiegħu Duncan Abdilla, Starbene Takewhey, Malta Triathlon Federation u SportMalta tas-sapport kontinwu li jagħtuh.


