Sunday, November 24, 2024

Proġett dwar l-għarfien tal-fdalijiet storiċi li jeżistu fl-ibħra Maltin rikonoxxut mill-Ġnus Magħquda

Aqra wkoll

L-inizjattiva Deċennju tal-Oċean tal-Ġnus Magħquda rrikonoxxiet uffiċjalment il-proġett li jġib l-isem ta’ WreckLife, immirat biex ikabbar l-għarfien dwar ir-relazzjoni kumplessa li teżisti bejn fdalijiet storiċi fl-ibħra max-xtut Maltin u l-ambjenti ta’ madwarhom.

Dan il-proġett hu mmexxi mit-Taqsima tal-Wirt Kulturali ta’ Qiegħ il-Baħar ta’ Heritage Malta. Dan qalitu Heritage Malta innifisha fejn spjegat li l-istess proġett, li sar minn tim ta’ esperti, jeżamina wkoll id-degradazzjoni tal-istess fdalijiet, il-mod kif l-aħjar jiġu ppriservati u l-impatti tagħhom fuq l-ekosistema marittima.

Permezz ta’ din l-inizjattiva, qed tingħata l-opportunità lill-pubbliku lokali u turisti lill-Heritage Malta sabiex jesploraw aħjar u b’mod aktar faċli s-sejbiet li saru fl-ibħra tagħna, fosthom opri tal-baħar antiki.

Dan illum jista’ jsir ukoll permezz tal-Mużew Virtwali ta’ Heritage Malta fuq is-sit underwatermalta.org u l-programm ‘Dive Into History 360’, li wkoll jintwera fl-iskejjel u ċentri tal-anzjani, fost l-oħrajn. Dan jinkludi wkoll il-park arkeoloġiku ’l barra mill-Bajja tax-Xlendi, f’Għawdex, li kien inawgurat f’Awwissu tas-sena l-oħra.

Sport