Sunday, October 18, 2026
Home Internazzjonali Protesti kbar u vjolenti f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej …l-għoli tal-ħajja fost ir-raġunijiet

Protesti kbar u vjolenti f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej …l-għoli tal-ħajja fost ir-raġunijiet

0
45

L-Ewropa tinsab milquta minn għadd ta’ protesti, ħafna drabi vjolenti li laqtu għadd ta’ bliet kapitali u bilet oħra. Il-protesti vjolenti spikkaw fi Franza, l-Albanija, l-Italja, il-Portugal u l-Belġju. Hemm diversi raġunijiet li għaliex qegħdin isiru dawn il-protesti. Kollox jindika li f’dawn il-pajjiżi hemm skuntentizza kbira fost in-nies. Fost ir-raġunijiet għaliex qegħdin jipprotestaw hemm l-għoli tal-ħajja, fejn il-prezzijiet tal-ikel,  il-fjuwil u spejjeż oħra qed jagħmlu pressjoni fuq il-baġits tal-familji. F’diversi postijiet, il-ħaddiema qed jgħidu li l-pagi tagħhom mhumiex ilaħħqu maż-żieda fl-ispejjeż. Hemm ukoll il-kriżi tad-djar u l-kirjiet. Fi bliet bħal Lisbona u f’partijiet ta’ Spanja, il-prezzijiet tad-djar u tal-kirjiet saru piż kbir. 

Ħafna żgħażagħ isibuha diffiċli biex jgħixu indipendentement jew jibqgħu fil-belt fejn jaħdmu. Jekk imbagħad nieħdu l-Belġju naraw li  trejdjunjins u ħaddiema pprotestaw kontra miżuri ta’ awsterità u tnaqqis fil-baġit. Jibżgħu li dawn il-miżuri se jaffettwaw il-ħaddiema, il-pensjonanti u l-familji bi dħul baxx. Fi Franza u l-Belġju, studenti u għalliema qed jiġbdu l-attenzjoni lejn nuqqas ta’ għalliema, klassijiet iffullati u fondi insuffiċjenti. Għal ħafna żgħażagħ, dan huwa marbut ukoll mal-biża’ ta’ xogħol prekarju u futur ekonomiku inċert. Fl-Albanija imbagħad rajna  protesti mill-aktar vjolenti li infirxu u dawn jinkludu talbiet kontra l-korruzzjoni u għall-bidla politika. Dan juri li, f’xi pajjiżi, ir-rabja mhijiex biss ekonomika iżda wkoll dwar kif qed jitmexxew l-istituzzjonijiet.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here