Saturday, May 18, 2024

Pulizija tal-Komunità jferrħu tifel waqt il-festa tal-Ħamrun

Aqra wkoll

Omm li kienet flimkien ma’ binha għal festa tal-Ħamrun qalet li baqgħet sorpriża bil-Pulizija tal-Komunità li kienu xogħol waqt l-istess festa lbieraħ.

Kitbet li “kemm nisimgħu tmaqdir dwar il-pulizija … ilbieraħ ikkonfermajt kemm hawn pulizija ta’ qalb ħelwa.” Hi tkompli tgħid li waqt li kienet fil-festa tal-Ħamrun uffiċjali tal-pulizija fosthom Pc 651 u Pc 911 iggustaw lit-tifel tagħha li beda jiżfen mal-marċ.

Jidher li l-uffiċjali tal-pulizija ngħaqdu mat-tifel u miegħu bdew “jiċċelebbraw il-festa” tal-Ħamrun. L-omm tgħid li hemm bżonn ħafna aktar pulizija bħal dawk li kien hemm il-Ħamrun ilbieraħ. Stqarret li dan kollu ġara għal ftit minuti biss hekk kif l-istess uffiċjali komplew bil-ħidma tagħhom.

Sport