Monday, April 14, 2025

Qalb mingħajr taħbit issalva raġel … Fil-futur jista’ ma jkunx hemm bżonn ta’ donazzjonijiet tal-qalb

Awstraljan diġà ilu 100 jum ħaj b’qalb kompletament artifiċjali

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Revoluzzjoni medika oħra hija dik ta’ qalb artifiċjali magħmula mit-titanju li flok tħabbat, iddur. Din il-qalb inbniet minn iben plummer li ried jonora l-memorja ta’ missieru li miet proprju bi problemi serji tal-qalb. 

Ir-raġel li għandu madwar 40 sena kien qiegħed imut qabel ma sarlu t-trapjant ta’ “BiVACOR” u huwa l-ewwel pazjent li rċieva din il-qalb artifiċjali. 

Il-qalb mingħajr taħbit tista’ tirrivoluzzjona l-kamp mediku fejn jista’ jkun li mhux se jkun hemm aktar bżonn ta’ donazzjonijiet għal trapjanti “tradizzjonali” tal-qalb. 

Huwa ħareġ mill-isptar u s’issa jinsab tajjeb.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport