Tuesday, December 24, 2024

Qatt rajtu l-bebbux “Lhudi”?

Aqra wkoll

Hekk kif wieħed ikun miexi fil-kampanja bħal dan iż-żmien ta’ sħana, wieħed jista’ jara numru kbir ta’ bebbux li jkun tela’ ma zkuk nexfin.

Skont is-sit Maltese Island Weather, dan jisejjaħ il-bebbux “Lhudi”. Is-siti jgħid li dan ikun espost dirett għax xemx u jkun ħafna drabi mwaħħal ma’ zkuk nexfin jew oġġetti oħrajn minn mal-art?

“Fil-bijoloġija ngħidu li dan il-bebbux huwa fi stat ta’ ‘aestivation’ u jseħħ fl-istaġun ta’ sħana qawwija u nixfa. F’dan il-proċess ikkaratteriżżat minn inattività u metaboliżmu baxx ħafna, il-bebbux Lhudi jinġabar fi kwantitajiet kbar ’il fuq mill-ħamrija biex jeħles mis-sħana tikwi tas-sajf,” inkiteb fuq is-sit Maltese Island Weather.

Ekonomija

Sport