Friday, May 15, 2026

‘Qed inħares lejn l-esperjenza ma’ Fgura U. b’mod pożittiv … hemm grupp ta’ nies kapaċi li tieħu gost taħdem maghħom’ – Keith Darmanin

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Bdejt minn etá żgħira nsegwi l-futbol bħal ħafna dilettanti oħrajn u aktar ma beda jgħaddi ż-żmien aktar bdiet tiżdidli din il-passjoni. 

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek fl-amministrazzjoni ta’ Fgura United?

Qed inħares b’mod pożittiv u avventuruż għax hemm grupp ta’ nies kapaċi li tieħu gost taħdem maghħom. Nies li jħobbu l-klabb b’passjoni kbira. 

Iddeskrivi l-esperjenza issa passata tieghek fl-amministrazzjoni ta’ Swieqi United u kemm tgħallimt minnha.

L-esperjenza mas-Swieqi kienet waħda pożittiva. Għamiltha ma’ nies b’ esperjenza fil-futbol u tgħallimt ħafna mingħandhom. Kienu żewġ staġuni sbieħ fejn irbaħna promozzjonijiet u Tazzi. Kienet ukoll l-ewwel darba tiegħi fil-futbol tan-nisa, li hija ħaga li se nimmissja minn Swieqi. Ġabuli rispett … se nżomm rokna f’qalbi għalihom! 

X’tikkummenta fuq il-livell tal futbol Malti fil-preżent?

Il-livell tal-futbol Malti nemmen li miexi ‘l quddiem speċjalment f’dak li hu youths u nurseries. Futur sabiħ. Illum il-klabbs serji jifhmu kemm hu importanti li jkollok nursery serja tiegħek. 

U rigward dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob uffiċjali tagħkom?

Nemmen li rigward grawnds imxejna … fadal xi jsir u aktar ma jkollna aħjar. Peró, jidher li se jkun hawn investiment fit-tul fuqhom. Nemmen li kemm il-Gvern, MPL u MFA qed jaħdmu tajjeb fuq dan. 

Kif qed tħares lejn il-futur aktar imbiegħed tiegħek fil-futbol?

Jien m’għandix ambizzjoni li nsir xi personaġġ importanti fil-futbol. Lanqas għandi xi ambizzjonijiet. Personalment inħoss li dak li xtaqt f’ħajti globalment wasalt għalih. Issa nħares li nkun ta’ servizz għall-futbol u li nieħu gost naħdem fih. Jien kif dejjem għidt nieħu gost naħdem f’setturi ġovanili. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jjibda jilgħab il-futbol.

Il-ġenituri għandhom iressqu lit-tfal lejn il-futbol minn etá żgħira. Huwa sport sabiħ li żżomm lit-tfal ma’ tfal oħra u ‘l boghod mill-vizzji. Min ikollu l-futbol f’ħajtu għandu xi ħaġa speċjali! 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport