Monday, May 18, 2026

Qormi Daikin jirbħu n-Knock-Out

Aqra wkoll

Qormi Daikin rebħu l-kompetizzjoni Knock-Out tal-Hockey wara li għelbu lil Floriana Young Stars 3-0.

Kienet logħba li laħqet il-qofol tagħha fl-aħħar 20 minuta logħob hekk kif Qormi skorjaw il-gowls li tawhom ir-rebħa finali. Fil-fatt tul l-ewwel tliet quarters, il-Furjaniżi kienu ferm dixxiplinati tattikament fejn bdew jippruvaw jitilgħu b’kontrattakki perikolużi. Min-naħa tagħhom, Qormi kellhom ħafna mill-pussess fejn ippruvaw joħolqu xi ċansijiet ta’ skor.

Kien lejn l-aħħar tat-tielet quarter li Qormi marru minn fuq hekk kif kien Nathan Pace Gasan li daħal tajjeb u xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fl-aħħar quarter, is-sofor u s-suwed skorjaw żewġ gowls oħra, l-ewwel permezz ta’ Luke Bajada filwaqt li Nathan Pace Gasan żied ieħor sabiex skorja doppjetta personali.

B’hekk Qormi rebħu dak kollu li joffri l-hockey lokali tul dan l-istaġun. Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Hockey Association of Malta David Agius ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Qormi Daikin Steve Tanti.

Umpires kienu Alessandro Amore u Silvio Peralta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport