Monday, December 30, 2024

Raġel arrestat b’rabta ma’ traffikar tad-droga fil-Marsa

Aqra wkoll

Sorveljanza kontinwa tal-Pulizija b’rabta ma’ traffikar tad-droga fil-Marsa wasslet għall-arrest ta’ Somalu ta’ 36 sena.

Wara informazzjoni li f’residenza fi Triq Doublet allegatament kien qiegħed isir traffikar tad-droga, il-Pulizija bdiet sorveljar fuq din ir-residenza għall-movumenti suspettużi. Ilbieraħ, il-Pulizija nnutat lir-raġel ħiereġ minn din ir-residenza u bdiet issegwih sakemm innutawh jagħti xi pakketti lil xi nies u jirċievi lura xi flus.

Għaldaqstant, is-Somalu twaqqaf fi Triq Azzopardi, waqt li kien fil-preżenza ta’ raġel ieħor.

Saret tfittxija fuqu, fejn instab li kien fil-pussess tad-droga allegatament kannabis u flus kontanti. Saret ukoll tfittxija fuq ir-raġel l-ieħor, fejn instab li kellu ammont ta’ droga suspettata kannabis li allegatament kien għadu kemm xtara mingħand is-Somalu. Huwa ġie arrestat u ttieħed l-għassa sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet.

Waqt li anke s-Somalu ta’ 36 sena ġie arrestat, il-Pulizija komplew l-investigazzjoni tagħhom fir-residenza tas-Somalu, fejn tfittxija oħra wasslet għas-sejba ta’ ammont ta’ droga allegatament kokaina u kannabis, diversi oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga u ammont ta’ flus kontanti.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat Dr Anthony Agius Bonniċi LL.D li ħatar inkjesta.

Ekonomija

Sport