Raġel ta’ 39 residenti l-Belt Valletta qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:00 p.m, kien involut f’argument fi Triq Patri Ġużè Delia, fil-Mosta.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta illi r-raġel kien involut f’argument ma’ raġel ieħor ta’ 40 sena residenti Ħal Tarxien.
Tim mediku ta l-assistenza fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura.
Ir-raġel l-ieħor kompla jingħata l-kura fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin