Friday, April 19, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt u ieħor bi ġrieħi gravi f’inċident fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Żewġt irġiel iddaħħlu l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tat-3:30 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Belt Valletta fiż-Żurrieq.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW 318 misjuq minn żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti Ħaż-Żabbar u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti n-Naxxar. Miegħu kien hemm riekeb raġel ta’ 65 sena residenti Ħal Kirkop.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili taw l-ewwel assistenza tagħhom liż-żewġ persuni fit-Toyota sakemm setgħu jingħataw l-assistenza minn tim mediku sakemm setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanzi li ssejħu fuq il-post. Aktar tard ir-raġel ta’ 65 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li x-xufier ta’ 35 sena sofra minn ġrieħi gravi. Is-sewwiq tal-BMW ma sofriex ġrieħi.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Marse-Ann Farrugia filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport