Thursday, April 23, 2026

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fi bokka ta’ lift

Aqra wkoll

Raġel ta’ 29 sena residenti Ħamrun, weġġa’ wara li waqa’ ġol-bokka tal-lift waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħolijiet.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ l-4.30pm, fi Triq in-Nutar Debono, Naxxar. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel waqa’ madwar erba’ sulari.

Fuq il-post issejjħu membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku sabiex jassistu u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, u kif ukoll dawk tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.

Il-Maġistrat Dr Monica Borġ Galea LL.D, qed tmexxi inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport