Thursday, April 23, 2026

Josef Bugeja qed jikkonsidra li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Laburista

Aqra wkoll

Josef Bugeja, li wasal biex itemm il-ħidma tiegħu bħala Segretarju Ġenerali tal-GWU, qed jikkonsidra li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss f’isem il-Partit Laburista.

F’kummenti ma’ dan is-sit, Bugeja qal li f’dawn l-aħħar ġimgħat ġie avviċinat minn ħafna nies, minn uffiċċjali tal-GWU u anke nies qrib il-Partit Laburista, iħeġġuh biex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss f’isem il-Partit.

Wara snin twal ta’ ħidma fil-GWU Bugeja stqarr li dan jista’ jkun il-pass li jmiss tiegħu għax il-Partit Laburist jħaddan l-istess twemmin li għandu hu.

Bugeja kompla li xewqa tiegħu li jkompli jaħdem biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ ċittadini, u jassigura l-ġustizzja soċjali u jgħin lil dawk l-aktar vunerabli fis-soċjetà Maltija kif għamel għal snin twal f’kull pożizzjoni li okkupa fil-GWU.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport