Raġel ta’ 50 sena residenti r-Rabat Għawdex jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-6:30 p.m waqa’ minn fuq sellum
waqt li kien qed jagħmel xi tiswijiet f’fabbrika.
L-inċident seħħ Triq Jean De La Valette fix-Xewkija.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura meħtieġa
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.