Saturday, May 4, 2024

Raġel imut wara li waqa’ tliet sulari f’sit ta’ kostruzzjoni

Aqra wkoll

Bulgaru ta’ 50 sena, residenti San Pawl il-Baħar, tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ madwar tliet sulari waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.00a.m. fi Triq Karmnu Abela, il-Ħamrun.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu imma sfortunatament, il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport