Saturday, November 16, 2024

Raġel involut f’argument jaqa’ t-taraġ u jmut f’San Pawl il-Baħar 

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1:30 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar. 

Waqt li l-Pulizija kienet sejra fuq il-post, ġiet infurmata mill-Isptar Mater Dei li kien iddaħħal raġel b’ambulanza mill-istess post, li ġie ċċertifikat mill-ewwel li l-kundizzjoni tiegħu hija waħda serja. 

Sfortunatament, ir-raġel, li għandu 60 sena u jgħix San Pawl il-Baħar, ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara. Mill-investigazzjonijiet li saru jidher li l-vittma kien involut f’argument waqt li kien ġo stabbiliment fl-istess triq u b’konsegwenza t’hekk huwa waqa’ t-taraġ. 

Dwar dan il-każ, il-Pulizija qed tkellem persuna sabiex jgħinha fl-istħarriġ li bħalissa qed jiġi trattat bħala omiċidiju.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima qiegħda tmexxi inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett tal-Qawra għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport