Tuesday, April 30, 2024

Raġel iweġġa’ bi ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fil-Furjana

Aqra wkoll

Raġel ta’ 40 sena residenti Tas-Sliema, għall-ħabta ta’ nofsinhar kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Indipendenza, il-Furjana.

Mill-ewwel investigazzjoni jirriżulta li r-raġel intlaqat minn Skoda Fabia, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 76 sena residenti l-Gudja.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco li ġiet infurmata bil-każ ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport