Saturday, December 21, 2024

Raġel iweġġa’ gravi f’ħabta fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tas-6:30 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti l-Fgura, u mutur Suzuki GSX-R misjuq minn raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Għaxaq.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport