Raġel ta’ 53 sena residenti l-Imġarr weġġa’ gravi f’inċident li seħħ f’barriera fi Triq Wied Filep, in-Naxxar.
Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li r-raġel kien qed jaħdem biswit makkinarju li ċċaqlaq u waqa’ fuq saqajh.
Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.