Sunday, December 22, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:45 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq San Pawl f’San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel, ta’ 50 sena residenti Ħal Qormi ntlaqat minn Toyota Aygo misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

Ekonomija

Sport