Saturday, May 4, 2024

Raġel imut wara li ġie attakkat minn barri

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9.00pm il-Pulizija kienet infurmata li kien seħħ inċident f’razzett fi Triq Ħal Tarxien, il-Gudja.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li Niġerjan ta’ 54 sena weġġa’ wara li kien ġie attakkat minn barri, waqt li kien qed jaħdem fil-post fejn jinżammu.

Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat Dr Antonie Agius Bonniċi LL.D ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport