Raġel ta’ 32 sena mill-Portugall ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex,wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-limiti tal-grotta tal-Calypso fix-Xagħra
Minn informazzjoni illi kiseb dan is-sit, jidher illi r-raġel tilef il-kontroll tal-quad bike.
Sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.