Wednesday, July 24, 2024

Raġel l-Isptar wara li nqaleb bil-quad bike fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Raġel ta’ nazzjonalità barranija u li għandu madwar 30 sena kellu jidaħħal l-Isptar wara li kien involut f’inċident bil-quad bike.

Kien għall-ħabta tas-1.45pm meta grupp ta’ sewwieqa tal-quad bike kienu neżlin minn Triq l-Imgħallem, it-triq li miż-Żebbuġ twasslek lejn ir-Rabat fejn għal raġuni wieħed minnhom tilef il-kontroll u nqaleb.

Fuq il-post isejjaħ tim mediku b’ambulanza li wara li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw il-każ.

Ekonomija

Sport