Saturday, December 21, 2024

Raġel l-Isptar wara li tilef il-kontroll tal-vann u nqaleb fl-Imrieħel

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena residenti l-Fgura ttieħed l-Isptar Mater DDżei għal iktar kura meħtieġa. Dan wara li aktar kmieni kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imrieħel.

Kelliem għall-Pulizija kkkonferma ma’ dan is-sit li l-inċident seħħ fil-Bypass tal-Imrieħel (direzzjoni Qormi) biswit ir-roundabout ta’ Triq il-Mitħna.

Fuq il-post marru diversi uffiċjali tal-Infurzar ta’ Transport Malta qegħdin fuq il-post fejn għalqu karreġġjata waħda minn din it-triq sabiex is-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal.

Sa issa l-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa.

Ekonomija

Sport